Klopp irid lil Kovacic

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp qed jikkontempla fuq dak il-plejer illi ser ikun qed jieħu post Coutinho illi fl-aħħar tal-istaġun mistenni jitlaq lill-klabb.
Skont ir-rivista Spanjola DiarioGol, dan l-isem jista’ jkun il-Kroat MateoKovacic illi jista’ jingħaqad mar-Reds saħansitra sa minn Jannar illi ġej.
Il-manager Ġermaniż qed iqis lil Kovacic  bħala l-werriet ta’ Coutinho illi ser jingħaqad ma’ Barcelona fil-futur qrib.
Kovacic, li bħalissa ftit qed jilgħab ma’ Real Madrid, huwa favur dan it-transfer li jista’ jseħħ bil-plejer li jidher destinat jilgħab f’Anfield Road.