Klopp irid lil Draxler

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp jinsab interessat li jġib f’Anfield Road lill-attakkant Ġermaniż, ta’ Paris St Germain, Julian Draxler.
Dan ġie żvelat fuq il-gazzetta Ingliża The Sunday Express hekk kif dan il-plejer mhux qed jirnexxielu jsib l-ispazju biżżejjed li jibda fl-ewwel ħdax tal-kowċ Pariġin Unai Emery.
Dan kollu qed iħajjar lill-plejer ta’ 24 sena jfittex destinazzjoni ġdida sabiex ikun jista’ jilgħab il-futbol b’mod regolari.
Klopp jixtieq jinkludi lill-kompatrijott tiegħu fl-iskwadra sabiex ikollu attakk tal-ħolm matul l-istaġun illi ġej.