​Klopp impressjonat b’Van Dijk

Wara r-rebħa tajba ta’ Liverpool fuq Everton bl-iskor ta’ 2-0 tkellem il-kowċ Jurgen Klopp illi esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-wirja tajba u l-gowl illi għamel l-akkwist il-ġdid tagħhom Virgil Van Dijk.
“Kien debutt mill-aqwa għal Van Dijk. Ħa nkun onest miegħek.  Kont qed intella’ u nniżżel nibdihx mill-bidu jew le. Iżda bl-għażla li għamilt ilqatt il-musmar fuq rasu għax il-plejer huwa tajjeb ħafna għas-set pieces fejn kif stajtu taraw kapaċi jogħla bir-ras u jsib dak il-ballun li taħsbu mitluf.”
Klopp kompla jgħid illi Liverpool xtraw plejer komplut hekk kif barra li hu difensur, Van Dijk jgħin ħafna lill-attakk f’xi korner jew frikik li jkun hemm.
Fl-aħħarnett Klopp qal illi dan il-plejer ser ikun qed jiswa ħafna lir-Reds fit-tentattiv illi jevitaw żbalji difensivi illi kkaratterizzaw l-ewwel parti tal-istaġun.