Klinsmann jagħlaq 30!

Awguri lill-kantant u mużiċist Klinsmann Coleiro li llum qed jiċċelebra għeluq it-30 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-17 ta’ Lulju tal-1990. Imrobbi f’Santa Luċija, hu ġie msemmi għall-player tal-football Jürgen Klinsmann. Oħtu hija l-kantanta Kylie Coleiro.

Meta kien għadu żgħir Klinsmann kien ħa sehem f’bosta festivals bħal Golden Singers Festival, il-Malta Junior Eurovision Song Contest, id-Drydocks Singer Contest u Star To Be. Fis-snin ta’ wara kien iddebutta fil-Malta Junior Eurovision Song Contest u kklassifika fit-tielet post bil-kanzunetta She Gives Me Wings ta’ Mark Spiteri Lucas u Rita Pace.

Fost il-kanzunetti l-oħra li kkompeta bihom matul is-snin insibu Superhero, Go, Butterfly Sky u Her Name was Anne.

Lil Klinsmann konna rajnieh ukoll bħala attur fis-sensiela Dejjem Tiegħek Becky.

Illum il-ġurnata Klinsmann għandu band u se nkunu qed nisimgħu aktar materjal minn għandhom fiż-żmien li ġej. Huwa għandu wkoll tifel, Klosè.

It's been very difficult for the music industry due to isolation. We have also been impacted, however through the use of technology we have managed to communicate and stay in touch. Here’s our take on Sucker by The Jonas Brothers:#klinsmann #malta #covid19 #jonasbrothers #quarantinecovers #quarantine #musiciansathome #band #staysafe #JonasBrothers

Posted by Klinsmann on Thursday, June 11, 2020

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Klinsmann f’għeluq sninu.