Klinika u servizz speċjalizzat ġdid fir-residenza San Vinċenz de Paul

Is-Segretarju  Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana inawgurat Speciality Clinic fir-residenza San Vinċenz de Paul li fiha diversi servizzi ġodda fosthom is-servizz  ta’ Dermatogija.
Dan mhux l-uniku servizz speċjalizzat li qiegħed jingħata, peress li aktar kmieni bdew ukoll is-servizzi tal-oftalmoloġija u dentistrija.
Ġiet attrezzata wkoll parti mill-klinika biex isir post fejn jittieħed id-demm u fejn isir is-servizz tal-ECG.
Justyne Caruana qalet li nħass u qiegħed jinħass il-bżonn ta’ aktar klinici speċjaliżżati f’San Vincenz dan biex tonqos ukoll il-pressjoni fuq il-lista tal-istennija fl-Out Patients fl-isptar Mater Dei.
Saħqet li l-amministrazzjoni ta’ San Vincenż qed tesplora, kif tista’ tkompli tkabbar in-numru ta’ kliniċi speċċjalizzati.

Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill