Klinika medika fil-binja tal-kunsill fil-Belt Valletta sas-sajf

DOI: Jason Borg

Id-Direttorat għar-Restawr bħalissa għaddej bix-xogħlijiet ta’ restawr u rinovar tal-binja li fiha hemm il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. F’din il-binja, se jkun hemm klinika medika, u anke librerija, kif ukoll lift b’aċċess għall-Bibljoteka Nazzjonali.

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li d-Direttorat tar-Restawr bħalissa qiegħed jaħdem fuq 71 proġett, bl-għan li jissaħħaħ il-wirt Malti.

Ix-xogħol jinkludi t-tindif tas-sular ta’ taħt il-binja miż-żoni ta’ esebizzjoni li kien hemm qabel, li jinkludu injam, ġibs u ħitan diviżorji u materjali oħra preżenti fis-sit. L-ispazju disponibbli għall-Kunsill għandu jikber.

Ix-xogħol fuq il-faċilitajiet u l-klinika huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sajf, b’investiment ta’ €200,000.