Klikek li jittraffikaw id-droga jisparaw fuq xulxin f’Marsilja

Il-belt ta' Marsilja, fin-naħa t’isfel ta’ Franza, kienet it-teatru ta’ skontru qawwi bejn żewġ klikek li sparaw fuq xulxin minħabba t-traffikar tad-droga.
Dan hekk kif il-Prim Ministru Manuel Valls u tliet Ministri tal-Kabinett kienu se jaslu fil-belt biex jitkellmu dwar il-ħidma tal-Gvern biex inaqqas il-kriminalità.
Bit-tensjoni għolja fi Franza wara l-attakki ta’ xahar ilu, il-Pulizija mill-ewwel għalqu l-inħawi fejn seħħew l-isparaturi u saħansitra evakwaw kindergarten.
Fl-inċident weġġa’ l-kap tal-Pulizija. Madankollu hu eskluż li dan kien xi attakk fuq l-istat.