Klijenti b’aktar minn €50 f’Satabank ġew ikkuntattjati

Il-klijenti ta’ Satabank li għandhom iktar minn €50 bilanċ fil-kont bankarju tagħhom ġew kkuntattjati kollha bid-dettalji ta’ kif se jirċievu flushom lura.

Uħud mill-klijenti ta’ Satabank irċivew din l-informazzjoni f’Diċembru li għadda.

Il-klijenti ta’ Satabank jibdew jieħdu flushom lura 

Fi stqarrija, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) tat direzzjoni lill-Persuna Kompetenti li ġiet inkarigata bl-assi tal-bank biex tibda l-proċess li bih il-fondi tal-klijenti korporattivi jiġu ritornati.

L-MFSA qalet li l-klijenti ngħataw id-dettalji kollha dwar l-informazzjoni li qed tintalab u ħeġġew lil dawn il-klijenti biex iwieġbu kemm jista’ jkun malajr. Intqal ukoll li Satabank ħadmet mill-qrib mal-MFSA u awtoritajiet oħra biex jintlaħaq l-aħjar riżultat għall-konsumaturi.

Satabank kien ordnat iwaqqaf l-operat tiegħu f’Ottubru li għadda.

Satabank ordnat iwaqqaf l-operat mill-MFSA