Klijenta Maltija ngannata minn riklam fuq ir-radju

Mara spiċċat ingannata wara li semgħet riklam fuq ir-radju dwar installazzjoni tal-programm Microsoft 10 bla ħlas.
Minkejja dan, il-klijenta spiċċat ħallset lill-bejjiegħ €60 għall-installazzjoni. Il-ħlas kien jinkludi żjarat fid-dar mit-tekniku iżda dwar dan il-ħlas żejjed hi ma kinitx mgħarrfa.
Apparti minn hekk, il-klijenta qatt ma rnexxielha tuża l-programm installat għax kull meta pprovat tidħol fih is-sistema kienet qed titlobha product key li l-bejjiegħ ma kienx ipprovdilha meta saret l-installazzjoni.
Il-bejjiegħ qatt ma ssottometta risposta u lanqas attenda għas-seduti tat-Tribunal, minkejja li kien iffumat.
Fi stqarrija, id-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur ħareġ avviż pubbliku li bih qed jidentifika lil Dario Azzopardi (3Group) li ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi.
It-Tribunal ordna lill-bejjiegħ iħallas lura s-somma ta’ €60 lill-konsumatrici.