Klijent tal-Arkadia jirbaħ Volkswagen Up

Noel Zammit mill-Imqabba, huwa r-rebbieħ tal-Volkwagen Up li l-Grupp Arkadia rebbaħ bħala parti mill-kompetizzjoni  Live It Up fl-istaġun tal-Milied li għadda.
Il-Grupp Arkadia nieda l-kampanja f’Diċembru, fejn il-klijenti kollha li xtraw mill-ħwienet tal-Grupp Arkadia f’Malta u Għawdex setgħu jieħdu sehem f’kompetizzjoni li setgħet trebbaħhom 10 refund vouchers kuljum u r-rigal finali f’jum il-Milied tal-Volkswagen Up mingħand il-Continental Cars Ltd.
Zammit kien ir-rebbieħ tal-Volkswagen Up li rċieva ċ-ċwievet tagħha mingħand il-Maniġer Ġenerali tal-Grupp Arkadia Antoine Portelli fiċ-Centru Kummerċjali tal-Arkadia f’Għawdex.
Barra mill-premju finali, 190 klijent tal-Grupp Arkadia rebħu l-valur ta’ €3,851 permezz ta’ refund vouchers li minnhom ttellgħu 10 kuljum bejn is-6 u l-24 ta’ Diċembru.
Il-ħwienet li pparteċipaw fil-kampanja kienu l-Arkadia Foodstore f’Portomaso u Għawdex, Arkadia FoodExpress f’Paceville u s-Swatar, Arkadia Home, Arkadia  Fashion – Orsay, Parfois, Piazza Italia, Pimkie, Peacocks, Suiteblanco, Pearl, Circle A, Boulevard, Ontop  – u Urban Jungle fl-Arkadia Għawdex.
Kemm il-Grupp Arkadia kif ukoll il-Continental Cars Ltd jiffurmaw parti mill-Mizzi Organisation.