Kliem ta’ tifħir għall-faċilitajiet tal-BMX ġewwa Pembroke

Raġel BMX Pembroke rota

Is-sewwieq Awstraljan tal-BMX Todd Meyn, li ħa sehem f’attività li ttellgħet minn Nitro Circus, baqa’ impressjonat bil-faċilitajiet li jinsabu ġewwa Pembroke.

Meyn wera x-xewqa li jerġa’ jiġi għall-MBX Fest tal-Milied filwaqt li stqarr li t-tfal u ż-żgħażagħ li jgħixu f’Malta għandhom ikunu kburin bil-fatt li jistgħu jitħarrġu ġewwa faċilitajiet tassew organizzati li qed ikomplu jitjiebu maż-żmien.

Meyn beda jieħu sehem f’dan l-isport minn età żgħira u maż-żmien ħa sehem f’kompetizzjonijiet professjonali filwaqt li ngħaqad ukoll ma’ Nitro Circus li huwa mmexxi minn Travis Pastrana.