“Kliem Ġesù nħossuh meta niġu daharna mal-ħajt” – L-Isqof Mario Grech

L-Isqof Mario Grech fakkar fil-kliem ta’ Ġesù “Alla tiegħi, għaliex abbandunajtni?” u qal li dan aħna nħossuh, meta f’ħajjitna mmissu l-qiegħ jew niġu daharna mal-ħajt.
Waqt l-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes, Mons. Grech qal li Ġesù jagħti tifsira profonda fil-Misteru tat-Trinità għax is-salib huwa l-qofol tar-Rivelazzjoni ta’ Alla.
Mons. Grech qal li b’ dan il-kliem Ġesù ma riedx jesprimi nuqqas ta’ fiduċja fil-missier iżda għall-kuntrarju, kienet il-fedeltà tiegħu lejn Missieru li bagħtu fid-dinja, biex iwettaq il-fidwa biex irriskja li jħoss il-baħħ ta’ Alla.
L-Isqof irrimarka li forsi nistgħu nistaqsu għala l-Missier baqa’ sieket, madankollu Mons. Grech qal li l-Missier ma baqax sieket għax tkellem fis-skiet u astejna mlli jinterrvjeni, ħalli dawk li kienu ’l bogħod minnu jkunu jistgħu jagħmlu l-esperjenza ta’ Alla.