Klieb ta’ kontra d-droga spiċċaw pets tal-priġunieri

Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, l-klieb fis-sezzjoni K9 tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu spiċċaw pets tal-piġunieri.
Din l-allegazzjoni saret mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Abela sostna li qabel Marzu 2013, f’din is-sezzjoni kien hemm għaxar klieb, il-maġġoranza tar-razza Springer, li “kienu spiċċaw jiġu mitmugħa u mħarsa mir-residenti infushom”.
Huwa sostna li fl-2014 inxrraw sitt klieb tar-razza German Shepard mir-Repubblika Ċeka, liema klieb ġew imħarrġa u matul l-2015 ġew utilizzati f’aktar minn 2,300 spezzjoni fil-Faċilità.