Ritratti: Klieb jisimgħu lit-tfal jaqraw

L-istudenti fl-Iskola ta’ San Andrea fl-Imġarr se jkollhom magħhom klieb imħarrġa mis-Service Dogs Malta Foundation, waqt is-sessjonijiet ta’ qari li jkollhom kull ġimgħa.
Ir-riċerka turi li meta wieħed jaqra lill-klieb, l-istudenti jtejbu l-ħila tal-qari, li tgħinhom fil-prestazzjoni akkademika u l-attitudni pożittiva.
Fi stqarrija ċ-Ċermen Kevin Spiteri qal li l-Iskola kienet dejjem fuq quddiem fejn jidħlu metodi edukattivi innovattivi. Dan il-metodu se jagħti l-benefiċċju lit-tfal biex jaqraw mingħajr interruzzjoni lil semmiegħ li huwa kalm u li ma jikkritikax f’atmosfera rilassanti.