Klassi Għalina għall-aħħar darba

Matul din is-sena se nkunu qed naraw ir-ritorn ta’ Klassi Għalina, f’dik li x’aktarx se tkun l-aħħar storja tagħhom.

Wara li fl-2018 rajnihom fil-film The History of the World, issa se nkunu qed narawhom iħaqquha ma’ ħadd ħlief Dragula!

Ċertament li din id-darba mhux se tkun xi sitwazzjoni faċli għal Dragula peress li ma’ dawk ta’ Klassi Għalina mhxu faċli li ġġibha żewġt.

S’issa ma hemmx konferma ta’ data meta dan il-film se jkun qed joħroġ għall-wiri iżda żgur li diġà hemm ħafna aspettativa kbira minn ħafna biex jaraw kif se jkun qed jispiċċa Klassi Għalina.

Klassi Għalina Vs Dragula għandu kitba u direzzjoni ta’ Alan Cassar għal Square Wheel Entertainment. Jieħdu sehem Ray Attard, Andy Catania, Manwel Cucciardi, Trevor Mizzi. Marco Grech, Mario Gatt, Dominic Aquilina, Charles Nova, Maria Cassar Inguanez, Rainer Cassar, Joanna Kuzeljevic, Duncan Azzopardi, Romina Genuis Demanuele u Sonic – J Aquiilina fost oħrajn.