Klamari mimli bir-rikotta

Riċetta ta’ Karmen Tedesco
Ingredjenti

  • Kilo klamari
  • 300gr rikotta
  • 4 inċoviet żgħar imqattgħin
  • 4 żebbuġiet suwed imqattgħin
  • Mgħarfa tursin imqatta'
  • Mgħarfa nagħniegħ imqatta'
  • Mgħarfa merqtux imqatta'
  • Mgħarfa kappar
  • Bajda mħabbta jew abjad ta' bajda u nofs
  • 200gr basal imqatta'
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 400gr tadam
  • 2 werqiet rand
  • 200ml ilma
  • Mgħarfa nagħniegħ frisk jew kuċċarina mnixxef
  • 200gr piżelli

Metodu
1. Ibda biz-zalza. Sajjar il-basal fiż-żejt jew f’100ml ilma.
2. Żid it-tadam, ir-rand, l-ilma u n-nagħniegħ. Sajjar fuq nar moderat sakemm tiftaħ tagħli. Baxxi n-nar u kompli sajjar.
3. Imla l-klamari billi tħallat l-ingredjenti kollha fi skutella. Imlihom ftit aktar min-nofs.
4. Agħlaq in-naħa ta' fuq b'toothpick u itfa' fiz-zalza.
5. Żid il-piżelli, u kompli sajjar fuq nar bati għal tliet kwarti.
6. Wara li jkunu saru tista' sservihom weħidhom jew ma' xi platt spagetti.
Għal aktar riċetti minn Karmen Tedesco segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm.