Klabbs Maltin tal-Weightlifting jipparteċipaw f’turnew internazzjonali

Il-klabbs affiljati mal-assoċjazzjoni tal-weightlifting ta' Malta pparteċipaw fit-turnew internazzjonali ZKC għall-kbar waqt il-kompetizzjoni tal-klabbs Maltin. 706 atleti (380 irġiel u 326 nisa) minn 17-il pajjiż differenti pparteċipaw fl-avveniment. L-atleti kienu jinkludu dawk minn nazzjonijiet kbar bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, in-New Zealand, l-Afrika t'Isfel u l-Kamerun.
Il-weightlifter femminili Yazmin Zammit Stevens ġabet l-aqwa riżultat għal Malta, hija rnexxielha tikseb ir-raba' post minn 71 atleta fil-kategorija tad-69 kilo b`total ta' 176 kilo. Dan ir-riżultat huwa ta' importanza kbira għaliha peress li l-ġimgħa d-dieħla hi se tkun qed tikkompeti fil-logħob tal-Univesiade fit-Taipei.
Riżultat ieħor pożittiv ħafna ġie minn Elisia Scicluna li poġġiha fl-10 post fil-kategorija tad-90 kilo b'total ta' 148kilo. Riżultati oħra tajbin ġew minn Pamela Borg, Lara Azzopardi, Daniela Xuereb, Sara Shawky, Rebecca Scerri, Tenishia Thornton u Rebecca Fitz.
L-aħjar riżultati fil-grupp tal-irġiel ġew minn Kieran Mifsud fil-kategorija tal-105 kilo b' refgħa totali ta' 275 kilo. Huwa akwista l-14-il post fil-kategorija tal-kbar u l-ewwel post fil-kategorija taż-żgħar. Riżultati oħra tajbin ġew minn Josef Pisani, Rylee Borg u Ryan Degiorgio.