Klabbs Ingliżi interessati f’Jorginho

La darba jiftaħ is-suq tat-trasferimenti bosta huma l-plejers li ser ikunu qed jiċċaqalqu minn klabb għal ieħor.
Wieħed minn dawn jista’ jkun Jorginho ta’ Napoli li ġibed l-interess ta’ Manchester City, Arsenal, Tottenham, u Manchester United. Pep Guardiola jixtieq iżid midfielder ieħor fl-iskwadra stellari tiegħu u l-prezz ta’ madwar £53 miljun li Napoli qed jitolbu għal Jorginho m’għandux ikun ostaklu quddiem is-setgħa finanzjarja ta’ Manchester City.
 Il-plejer Brażiljan ta’ 26 sena, naturalizzat Taljan, ingħaqad ma’ Napoli fl-2014 mingħand Hellas Verona u huwa magħruf għall-versatilità tiegħu.