Klabb 3-16: Skejjel iħassruh; il-Ministeru jgħid “se jsir xorta”

Klabb 3-16 ma ġiex ikanċellat.
Aktar kmieni Newsbook.com.mt kien infurmat li l-Kulleġġ ta’ Santa Klara ħareġ avviz lill-mebri tal-istaff li t-tfal iridu jinġabru mill-iskola mill-aktar fis hekk kif il-Klabb illum ġie kanċellat minħabba l-maltemp.
Madanakollu ftit tal-minuti ilu l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) ħarġet stqarrija li s-servizz se jitkompla b'mod normali.
Inizjalment din id-direttiva ħarġet taħt ċirkustanzi ta’ sigurtà ta’emerġenza wata li l-Protezzjoni Ċivili appellat biex il-pubbliku jibqa’ ġewwa.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat ukoll li diversi lectures u laqgħat fl-Università ta' Malta ġew posposti u xi wħud saħansitra kanċellati minħabba l-maltemp, bl-għan li kulħadd jinġabar kmieni kemm jista' jkun.
Minħabba li l-kundizzjonijiet tat-temp qed jiggravaw, awtoritajiet u entitajiet oħra qed iħeġġu ill-pubbliku biex jibqa’ ġewwa u jevita inħawi ta’ livell baxx fil-Gżejjer Maltin.