Klabb 3-16 ikompli wara l-btajjel tas-sajf

Is-servizz tal-Gvern wara l-ħin tal-iskola, Klabb 3-16, se jkompli wara l-btajjel tas-sajf f’29 skola, tlieta minnhom f’Għawdex.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, fil-Parlament, spjega li wara l-btajjel is-servizz se jingħata fiċ-ċentri ta’ Ħ’Attard, l-Imġarr, ir-Rabat, Birkirkara, Satna Venera, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, il-Floriana, il-Belt Valletta, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Luqa, Ħal Qormi (San Ġorġ), Pembroke, Tas-Sliema, San Ġwann, Birżebbuġa, iż-Żurrieq, il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, Marsaskala, iż-Żejtun u l-Fgura f’Malta kif ukoll fir-Rabat, Għawdex, in-Nadur u x-Xagħra.
Spjega li skont il-pjan ta’ tliet snin tal-Fondazzjoni, hemm ippjanat li jinfetħu iktar ċentri fl-2015 u fl-2016.
Evarist Bartolo kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Joe Cassar.