Kju twil għall-vapur mill-Marfa saċ-Ċirkewwa

Għadd ta’ persuni ddeċidew li jaqsmu lejn Għawdex illum l-għada tal-Milied.,
Il-kju tal-karozzi wasal sal-Marfa viċin it-Torri l-Aħmar.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-vapuri tal-Gozo Channel qed jaħdmu shuttle bit-tliet vapuri jaqsmu il-ħin kollu bejn iż-żewġ gżejjer.
Fl-Ewwel tas-Sena s-servizz tal-vapur mistenni jieqaf biex il-ħaddiema jkollhom l-opportunità li jmorru jieklu mal-familji u l-ħbieb tagħhom.
Il-vjaġġi ta’ nofsinhar, 12.45pm, 1.30pm u 2.15pm mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u tas-12.45pm, 1.30pm, 2.15pm u 3pm miċ-Ċirkewwa mhumiex se jsiru.
Is-servizz ikompli mill-Imġarr fit-3pm u miċ-Ċirkewwa fl-3.45pm.