Kju twil għall-vapur mill-Marfa saċ-Ċirkewwa

Read in English.

Qed iduru ritratti fuq il-media soċjali ta’ kju twil ta’ karozzi biex ħafna jaqsmu lejn Għawdex għall-festi ta’ lejliet u l-ewwel tas-sena 2021.

Ħafna qalu li jinsabu d-diżappuntati kif in-nies mhux jagħtu każ l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa bex il-pandemija tal-coronavirus tinżamm taħt kontroll, għaliex xorta waħda għażlu li jmorru jiċċelebraw il-festi tal-aħħar tas-sena.

Ritratti fuq il-media soċjali juru kju twil ta’ karozzi mill-Marfa saċ-Ċirkewwa.

Aktar kmieni llum is-Supretendent tas-Saħħa, Prof. Charmaine Gauci reġgħat appellat lil-pubbliku sabiex jevita milli jinġabar fi gruppi speċjalment f’dawk li ma jkunux ġejjin mill-istess dar.

Ħabbret wkoll li l-gvern mistenni joħroġ l-estensjoni tal-avviż legali li jgħid li l-bars u każini se jkollhom jibqgħu magħluqin sa 1 ta’ Jannar. Din id-data issa se tkun estiża għall-1 ta’ Frar.