Kixef lil Keith wara l-maħfra lil Melvin

Read in English.

Kulma jmur qed tkompli titħabbel il-kobba fil-kriżi kurrenti fil-pajjiż. Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li n-negozjant Yorgen Fenech, li ġie arrestat b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kixef lil Keith Schembri wara li l-Gvern ta l-maħfra lil Melvin Theuma.

Newsbook.com.mt kien żvela li Yorgen Fenech ma kienx semma isem Keith Schembri fl-ewwel sessjonijiet tal-interrogazzjoni mill-Pulizija. Madanakollu meta sema’ bil-maħfra presidenzjali li ngħata Melvin Theuma, Fenech qal li żżejjed kollu żejjed u beda jsemmi ħafna affarijiet, u fost l-ismijiet li semma kien hemm dawk ta’ persuni b’karigi għolja fil-politika fosthom isem Keith Schembri. Schembri rriżenja lbieraħ filgħodu.

Yorgen Fenech huwa sid il-kumpanija 17 Black, filwaqt li Melvin Theuma qed jitqies bħala s-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista. Fenech ġie arrestat nhar l-Erbgħa li għadda u diġà ngħata police bail tlett darbiet. Fenech talab ukoll il-maħfra presidenzjali, iżda s’issa din għadha ma ngħatatx.

Hu mifhum li minħabba f’hekk bdew ħerġin dawn l-iżviluppi: