Kittieb ewlieni għall-preżentatur Tucker Carlson ta’ Fox News fl-Istati Uniti rreżenja wara li kiteb kummenti razzisti u sessisti online.
Skont il-BBC, Blake Neff, li ssieħeb mal-programm Tucker Carlson Tonight fl-2017 rreżenja l-Ġimgħa wara investigazzjoni mis-CNN. Instab li Neff kien ta’ sikwit juża lingwaġġ li jweġġa’ fuq forum online bl-isem ta’ AutoAdmit. Kien juża’ l-isem fittizju CharlesXII.
Fox News iddeskriva l-posts bħala orribbli. Carlson għadu ma kkummentax dwar il-każ.
Ħafna mill-kummenti kienu derogatorji kontra persuni Afro-Amerikani, Asian-Americans, u n-nisa.