35 vara li rari naraw

Joseph Grech għadu kif ħareġ ktieb li jitratta l-mija u erbgħin vara b’informazzjoni dwarhom, insibu ħamsa u tletin ritratt ta’ vari li jinsabu fi knejjes żgħar f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Sbatax minn dawn il-vari jinħarġu wkoll f’purċissjoni jew pellegrinaġġ, filwaqt li fil-każ tat-tmintax-il vara l-oħra ssir il-festa ġewwa, fil-knisja biss.

Madonna-tal-Patroċinju-Għasri1

Il-vari li ssir purċissjoni jew pellegrinaġġ bihom huma ħdax f’Malta, ħamsa f’Għawdex u waħda f’Kemmuna. Il-lokalitajiet u l-vari huma dawn li ġejjin. Il-ħdax ta’ Malta huma: il-Baħrija: San Martin; il-Bidnija: is-Sagra Familja; Birkirkara (l-Oratorju): Marija Għajnuna tal-Insara; il-Ħamrun (il-Knisja tas-Samra): Santa Marija; fir-Rabat u fil-limiti tiegħu nsibu ħames vari, li huma: il-Madonna tas-Saħħa, Santa Katarina (tad-Daħla), il-Madonna tal-Għar, il-Madonna taċ-Ċintura u l-Kunċizzjoni; iż-żewġ vari l-oħra li jinħarġu huma l-Wardija: il-Madonna tal-Abbandunati, u ż-Żejtun (il-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena): il-Madonna tal-Ħniena.

Il-ħames vari ta’ Għawdex huma: Marsalforn: San Pawl; ir-Rabat (l-Oratorju Don Bosco): San Ġwann Bosco; Santa Luċija: Santa Luċija; ix-Xagħra (il-Knisja ta’ San Anton Abbati): San Anton Abbati; u x-Xewkija (il-Knisja ta’ Ħamet): il-Madonna tal-Karmnu.

San-Ġwann-Bosco-L-Oratorju-Don-Bosco-Victoria

Il-vara ta’ Santa Marija li tinsab f’Kemmuna bdiet tinħareġ f’purċissjoni fis-sena 2016, meta ġiet restawrata.

San-Ġużepp-Ħaddiem-Xemxija

Il-vari li ma ssirx purċissjoni bihom huma ħmistax f’Malta u tlieta f’Għawdex. Il-lokalitajiet u l-vari huma dawn li ġejjin. F’Birkirkara, ġo żewġ knejjes żgħar, ta’ San Pawl u t-Twelid ta’ Marija, isiru żewġ festi interni taħt l-istess titli. F’Bormla (il-Knisja ta’ Santa Tereża) issir il-festa ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. F’Buġibba ssir il-festa ta’ San Massimiljanu Kolbe; il-Furjana (il-Knisja tas-Salib Imqaddes): San Franġisk; Għajn Dwieli: Sant’Antnin ta’ Padova; il-Ħamrun (il-Knisja ta’ San Franġisk): San Franġisk; Marsaxlokk (il-Knisja f’Tas-Silġ): il-Madonna tal-Karmnu; ir-Rabat (l-Imtaħleb): it-Twelid ta’ Marija. Fil-Belt Valletta nsibu ħames knejjes li jagħmlu l-festa interna tagħhom: San Franġisk ta’ Assisi, Santa Luċija, San Franġisk, Sant’Ursula u l-Preżentazzjoni tal-Madonna. Il-festa interna l-oħra, ta’ San Ġużepp Ħaddiem, issir ix-Xemxija.

It-tlieta ta’ Għawdex huma: id-Dwejra: Sant’Anna; l-Għasri (il-Bażilika): il-Madonna tal-Patroċinju; u r-Rabat (il-Knisja ta’ Santu Wistin): Santu Wistin.