Kitarra ta’ John Lennon tinbiegħ għal €2 miljuni

Il-kitarra li John Lennon uża biex jikkomponi u jirrikordja ‘Love Me Do’, 'I Want to Hold Your Hand' u ħafna aktar diski li kisbu suċċess, inbiegħet f’Kalifornja għas-somma ta’ ftit aktar minn żewġ miljun ewro. 
Id-dar tal-irkant Julien's Auctions, ħabbret li l-kitarra – Gibson J-160E – inbiegħet nhar is-Sibt li għadda lil xi ħadd anonimu. 
Din il-Gibson hi waħda miż-żewġ kitarri li kienu ntbagħtu mill-Istati Uniti għall-Ingilterra fl-1962 lil John Lennon u George Harrison.