Kirurgu lliberat mill-akkużi li wettaq żball li wassal għall-mewt ta’ pazjent

Kirurgu li kien akkużat li wettaq żball li wassal għall-mewt ta’ pazjent li kien opera ġie lliberat mill-akkużi.

Il-każ seħħ f’Diċembru tal-2006, meta l-pazjent kien daħal l-isptar biex issirlu operazzjoni. Minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħu, u li m’għandhom x’jaqsmu mal-intervent tal-kirurgu, l-pazjent inżamm l-isptar għal kważi tliet xhur u fil-lejl bejn l-24 u l-25 ta’ Diċembru kien miet.

Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Edwina Grima, qalet li l-kirurgu ma kienx il-persuna li kkommetta l-iżball, u kienu d-deċiżjonijiet sussegwenti għal dan l-iżball li flok wasslu għal fejqan tiegħu, l-persuna spiċċat biex tilfet ħajjitha.