Kirurgu jwissi dwar eyelashes foloz

Kirurgu fl-Istati Uniti qed iwissi dwar l-eyelashes foloz u insista dwar l-użu tat-tea-tree oil mediku. 
Dr Parbhu spjega kif l-eyelashes foloz jistgħu jattiraw tip ta’ dudu simili għall-qamel tax-xagħar, b’mod speċjali jekk dawn ma jkunux nodfa bizzejjed. 
Huwa għadda dan is-suġġeriment wara li tfajla fl-Istati Uniti spjegat kif għamlet dawn l-eyelashesfoloz diversi drabi, bdiet tħoss nefħa u irritazzjoni f’għajnejha. 
Dr Parbhu qal li ħafna minn dan id-dud jista’ jwassal għal infezzjoni. 
Postijiet tas-sbuħija li ma jnaddfux l-għodda tagħhom sew, jew ma jneħħux il-makeuptal-klijent kif suppost, ipoġġu lill-klijenti tagħhom f’dan il-periklu.