Kirurgu jisraq il-kokaina minn stonku ta’ pazjent

Fid-dinja jeżistu bosta mezzi biex wieħed ikollu aċċess għal droga. Iżda kirurgu partikolari fir-Russja, ma setax iżomm lura malli ra borża kokaina fl-istonku tal-pazjent li kien qed jopera.

Dan il-kirurgu Russu ġie arrestat talli seraq borża ta’ 5 grammi kokaina minn stonku ta’ persuna li kien qed jopera.

Skont il-pulizija Russa, dan il-kirurgu kien fis-sakra waqt li kien qed jopera. Fost l-akkużi, dan it-tabib se jaffaċċja akkużi ta’ serq u pussess ta’ droga.