Kirurgi Taljani jitħarrġu f’Malta

Matul dawn il-jumejn fl-Università ta’ Malta kien qiegħed isir taħriġ speċjalizzat f’key hole minimal invasive surgery, għal tobba Maltin u Taljani.
Fit-taħriġ speċjalizzat li sar fid-Dipartiment tal-Anatomija ħadu sehem kemm kirurgi Maltin kif ukoll Taljani li setgħu jagħmlu hands on training fl-ispeċjalità tal-Uroloġija, fosthom dwar key hole surgery fuq il-kliewi u l-prostata.
Il-ħsieb tal-kollaborazzjoni bejn speċjalisti Taljani u Maltin huwa li t-taħriġ jinfirex għal speċjalizzazzjonijiet oħra, fosthom fil-gynaecology u l-endoscopy.
Waqt li żar is-sezzjoni ta’ taħriġ tal-lum, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan huwa pass ieħor ‘il quddiem li qiegħed isir f’Malta fil-qasam tas-saħħa.