“Kirjiet għoljin kawża tal-evitar fit-taxxi”

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola qal li l-iskartar fit-taxxa qiegħed iwassal għall-kirjiet għoljin.
Ma’ Newsbook.com.mt Profs Cassola spjega li Malta tippromwovi sistema fejn korporazzjonijiet kbar, multinazzjonali barranin li jagħmlu biljuni ta' profitti jħallsu 5% taxxa fuq il-qligħ, waqt li kumpaniji b'sidien Maltin iħallsu 35%.
Qal li saħansitra impjegat Malti li jaqla' €25,000 fis-sena gross iħallas 25% taxxa u min jaqla'   €40,000 gross iħallas 35% taxxa. 
Saħaq li din la hija ġustizzja fiskali u lanqas soċjali.
Spjega li minħabba dan l-inkoraġġiment għal skartar ta' taxxi min-naħa ta' kumpaniji barranin, billi s-sidien barranin iħallsu ftit li xejn taxxi fuq il-profitti, lesti li jħallsu aktar għall-kiri ta' appartamenti għall-impjegati barranin tagħhom. 
Żied jgħid li dan wassal biex il-kirjiet f'Malta telgħu m'ogħla s-sema u l-Maltin ma jistgħux ilaħħqu magħhom.