Kirchhoff ma’ Bolton

Il-midfielder Ġermaniż Jan Kirchhoff se jkompli l-karriera tiegħu ma’ Bolton Wanderers wara li għal dawn l-aħħar xhur kien jinsab bla tim.
Dan il-plejer, li fil-passat kien jilgħab ma’ Bayern Munich, iffirma mal-klabb minn The Championship sal-aħħar tal-istaġun.
Din mhux l-ewwel esperjenza tiegħu fl-Ingilterra wara li kien għamel żmien jilgħab ma’ Sunderland.
Bolton jinsabu jokkupaw in-naħa t’isfel tal-klassifika tat-tieni kategorija tal-futbol Ingliż meta jinsabu fid-19-il post.