Kinnie tingħaqad ma’ Scan għal promozzjoni ġdida

Kinnie, ix-xarba Maltija, ingħaqdet ma’ Scan Malta, il-ħanut Malti tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika, awdjo u vidjo, biex toffri lill-konsumaturi ċ-ċans li jirbħu premjijiet sbieħ u jidħlu wkoll fil-lotterija ta’ kull xahar li fiha jistgħu jirbħu wieħed mill-premjijiet kbar, fosthom Apple MacBook Air, Apple iPhone 6s, jew TV ta’ 40” Samsung Full HD LED.
Minbarra l-lotterija ta’ kull xahar, il-konsumaturi jistgħu jirbħu rigali kuljum meta jipparteċipaw fil-promozzjoni ta’ fuq il-pakketti tal-Kinnie, fosthom Magic NutriBullet Blenders, bagalji Samsonite Spinner, kameras diġitali Canon lxus 162 u ħafna premjijiet oħra.
Lara Filletti, Kinnie Brand Executive f’Simonds Farsons Cisk plc, qalet li, “Il-kollaborazzjonijiet ma’ ħwienet stabbiliti, bħal Scan Malta, jagħtuna opportunità sabiħa biex noffru rigali fantastiċi lill-klijenti leali ta’ Kinnie. B’aktar minn 1,500 rigali f’din il-promozzjoni, konvinti li l-inizjattiva se tintlaqa’ tajjeb u ninsabu ħerqanin biex nippremjaw lil ħafna rebbieħa.”
Aktar tagħrif dwar kif wieħed jista’ jieħu sehem f’din il-promozzjoni jinsab fuq it-tikketti tal-fliexken kollha tal-marka Kinnie – jiġifieri, Kinnie, Diet Kinnie, Kinnie Vita jew Kinnie Zest – u aktar dettalji ssibhom fuq www.kinnie.com/scan.
Il-promozzjoni se tibqa’ għaddejja sa tmiem April 2017.
Ix-xarba Kinnie hi prodotta, irreklamata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc.