Kim Kardashian tippoża f’Bali; l-internet jisplodi

Riċentament Kim Kardashian tellgħat xi ritratti tagħha tippoża ma’ iljunfant waqt btala f’Bali. Fir-ritratt tidher tipposża mat-tromba tal-iljunfant. Hija qalet lill-136 miljun follower tagħha fuq Instagram li ltaqgħat ma’ dan l-iljunfant f’santwarju. Għal ħafna din l-aħbar dehret ħelwa, iżda xi wħud innutaw xi affarijiet li ma kinux f’posthom u li fil-verità dan il-post ma kienx santwarju tal-iljunfanti.

Ir-raġel li jidher li jaħdem fl-istess post, qiegħed fuq ras l-iljunfant, din żgur mhix xi ħaġa li l-ħaddiema fis-santwarji jagħmlu. Meta wieħed jitla’ bdan il-mod fuq iljunfant, jista’ jagħmlilhom ħsara kbira. L-istess raġel jidher li għandu xi ganċ li permezz tiegħu qed jisforza l-iljunfant biex jippoża.