Kim Kardashian tħabbar li semmiet it-tarbija Psalm West

Kim Kardashian ippublikat l-ewwel ritratt ta’ binha fejn irrevelat isem it-tarbija – Psalm West. L-istilla ta’ 38 sena annunċjat l-aħbar bi screenshot ta’ messaġġ li bgħatilha r-raġel, li fih kellu miktub “Jum l-Omm sabiħ”.

Fil-messaġġ kien hemm miktub ukoll; “Aħna mberkin permezz tal-wasla ta’ din ir-raba’ tarbija. Għandna dak kollu li għandna bżonn.” Bħall-bqija tal-ismijiet tat-tfal tagħhom, lil din it-tarbija tawha isem mhux tas-soltu. L-isem Psalm jaqa’ fl-2,874 post fil-lista tal-ismijiet li huma l-aktar popolari.