Kim Jong-un u Trump se jiltaqgħu flimkien

Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un stieden lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump għal laqgħa, liema stedina ġiet milqugħa minn Trump.
Skont il-BBC, din l-aħbar ingħatat minn uffiċjali mill-Korea t’Isfel li kienu f’Washington li għaddew ittra mibgħuta mingħand Kim Jong-un. Stedina ta’ dan it-tip qatt ma kienet saret qabel.
L-uffiċjali tal-Korea t’Isfel qalu li Kim aċċetta li jwaqqaf testijiet nukleari u tal-missili.
Trump qal li dan kien “progress kbir”, però żied jgħid li s-sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq kienu se jibqgħu fis-seħħ sakemm jintlaħaq qbil sod.
Skont il-BBC, il-Korea ta’ Fuq għadha ma qalitx li se tneħħi kompletament l-armi nukleari tagħha. Intqal ukoll li għadu mhux magħruf eżatt x’qed tistenna lura l-Korea ta’ Fuq.