Kim Jong-un jiltaqa’ mal-President Ċiniż, Xinping

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, iċ-Ċina u l-Korea ta’ Fuq ikkonfermaw li fil-verità kien hemm laqgħa bejn il-President Ċiniż, Li Xinping, u l-Mexxej Korean, Kim Jong-un.
Iż-żjara saret minn Kim Jong-un fiċ-Ċina, u għalhekk dan ifisser li din kienet l-ewwel żjara ta’ Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej fl-2011, għallinqas dik li nafu biha.
It-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta’ suċċess, irrappurtat aġenzija Ċiniża tal-aħbarijiet.
Peress li ċ-Ċina hija s-sieħba ewlenija tal-Korea ta’ Fuq fin-negozju, ħafna kienu qed jistennew li tal-aħħar b’xi mod tiltaqa’ għall-konsultazzjoni maċ-Ċina, qabel ma’ Jong-un jiltaqa’ l-ewwel mal-President tal-Korea t’Isfel, Moon Jae-in f’April, imbagħad mal-President Amerikan, Donald Trump, f’Mejju.
Waqt iż-żjara ma’ Xinping, il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq qal li pajjiżu lest li jwaqqaf il-proġetti nukleari tiegħu, iżda jridui jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet.
Jong-un spjega li lest iwaqqafhom jekk il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti juru sforz ġenwin biex jifhmu lill-Korea ta’ Fuq, joħolqu atmosfera ta’ stabbiltà u paċi u jieħdu miżuri effettivi tassew biex il-paċi ssir xi ħaġa realizzabbli.