Kim jasal Singapore għas-summit ma’ Trump

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un wasal f’Singapore għas-Summit storiku mal-President Amerikan Donald Trump.
Trump qal li din hija l-unika possibilità li d-ditattur Kim għandu biex joħroġ lill-pajjiżu mill-iżolament mill-bqija tad-dinja.
Dan is-summit għandu wkoll l-għan li jtemm il-kriżi nukleari li ħolqot inkwiet kbir fir-reġjun tal-Paċifiku.
Iż-żewġ kapijiet ta’ stat qatt ma ltaqgħu jew kienu f’kollegament telefoniku mill-gwerra tal-Korea, li seħħet aktar minn 60 sena ilu, sal-lum.