Kilo eroina moħbija f’gallinar

Instab daqs kilo sustanza suspettata eroina moħbija f’gallinar fuq razzett fis-Siġġiewi.

Il-Pulizija, fi stqarrija, qalu li t-tfittxija saret ilbieraħ waranofsinhar bil-klieb għall-għajnuna, u wara iktar investigazzjonijiet, sabu wkoll ammont iżgħar ta’ sustanza bajda suspettata kokaina li kienet moħbija f’karozza ta’ raġel ta’ 33 sena minn Ħal Qormi.

Il-raġel, flimkien ma’ sid ir-razzett, raġel ta’ 42 sena, ġie arrestat u meħud l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. It-tnejn li huma se jittressqu l-Qorti taħt arrest għada. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.