Kikkra kafè żżidlek 9 minuti ħajja kuljum

Żewġ studji kbar, fosthom l-akbar wieħed li qatt sar dwar il-konsum tal-kafè, juru li kikkra kafè tista’ żżid il-ħajja b’disà minuti kuljum.
Fil-fatt iż-żewġ studji sabu li tazza kafè tnaqqas ir-riskju li wieħed imut iżgħar minn kull kawża, l-aktar bi problemi diġestivi.
Dawk li jixorbu kikkra kafè jew minn  tal-inqas 350ml kuljum, inaqqsu r-riskju li jmutu iżgħar bi 12% fuq 16-il sena. Jekk imbagħad tixrob 3 kikkri kuljum qed tnaqqas ir-riskju bi 18%.
Il-Professur David Spiegelhalter mill-Università ta’ Cambridge, qal li skont il-kalkoli li għamel, kikkra kafè kuljum testendi l-ħajja medja tal-irġiel bi tliet xhur u ta’ mara b’xahar.
“Jekk ma tixrobx kafè, issa ċ-ċans li tibda tagħmel dan,” qalet Dr Veronica Setiawan, mill-Università ta’ Southern California
L-ikbar stħarriġ, li sar mill-Imperial College ta’ Londra, analizza informazzjoni li ġabar mingħand aktar min-nofs miljun persuna li għandhom aktar minn 35 sena  u li jgħixu fir-Renju Unit, Franza, id-Danimarka u l-Italja.
L-istħarriġ baqa’ jsegwi lil dawn il-persuni fuq perjodu ta’ 16-il sena. 42,000 minnhom mietu kawża ta’ diversi kundizzjonjiet, fosthom il-kanċer, problemi tal-qalb u ċ-ċirkolazzjoni u anke puplesija.
Wara li ħadu inkonsiderazzjoni fatturi oħra, foshtom id-dieta u jekk ipejpux, ir-riċerkaturi sabu li l-parteċipanti li jixorbu l-aktar kafè kellhom inqas riskju li jbatu minn kundizzjonijiet li jwaslu għal mewt, minn dawk li jixorbu inqas.