Kif wieħed jevita milli jiġġudika lil persuni oħra

Waqt il-programm JienInt li jixxandar illum is-Sibt 2 ta’ Mejju fl-4.30pm fuq l-istazzjon Net, Francesca Polidano se tkompli d-diskussjoni dwar it-tmien kmandament flimkien ma’ Fr Dunstan Xuereb u Eleanor Borg.

Huma se jkomplu jagħtu tagħrif dwar kif wieħed jista’ jevita milli jaqla’ affarijiet ħżiena dwar ħaddieħor u kif wieħed jevita milli jiġġudika lil persuni oħra. Spiss huwa eħfef tirrepeti dak li tkun smajt mingħajr ma tivverifika jekk dak li smajt hux minnu! Għalhekk wieħed irid tassew joqgħod attent meta jiftaħ ħalqu!

Il-produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media, direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

Nota: Dan il-programm ġie rrekordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet dwar il-COVID 19 mid-Dipartiment tas-Saħħa.