Kif tista’ tonqos mingħajr ma tagħmel dieta?

Stomach inchtape

Minkejja li bosta jirrikorru mill-ewwel għal eżerċizzju fiżiku u dieta stretta sabiex jonqsu fil-piż, l-aktar mod effetiv ta’ kif wieħed jitlef il-piż huwa meta jagħmel dan bil-mod, u ħafna drabi lanqas biss ikun hemm bżonn dieta.
Is-sigriet huwa li wieħed ibiddel minimalment il-mod kif jgħix ħajtu.
X’tista tagħmel biex tonqos mingħajr ma tagħmel dieta?

  1. Ħu kolazzjoni kuljum – bosta huma dawk li ma jieħdux kolazzjon għax jaħsbu li huwa mod tajjeb kif wieħed jaqta’ l-kaloriji, iżda ġeneralment dan iwasslek biex tiekol aktar matul il-ġurnata.
  2. Agħlaq il-kċina bil-lejl – agħti ħin lilek innifsek meta se tieħu l-aħħar ikla tal-ġurnata sabiex tevita li toqgħod tiekol ħafna ikel li mhux neċessarju matul il-lejl.
  3. Aqta’ x-xorb kollu zokkor – ix-xorb bil-gass bħas-soft drinks, iżidu ħafna fil-kaloriji iżda ma jnaqqsux il-ġuħ daqs l-ikel. Jekk jaqbdek l-għatx ixrob l-ilma, ħalib ippasturizzat jew inkella porzjonijiet żgħar ta’ frott jew ħaxix magħsur.
  4. Kul aktar frott u ħaxix – il-frott u l-ħaxix huma l-aħjar tip ta’ ikel li tista’ tiekol hekk kif fihom ftit kaloriji.
  5. Għażel prodotti integrali (whole grain) – għażel li tibda tiekol ħobż u għaġin integrali, ross integrali, bran flakes, popcorn u whole-rye crackers.
  6. Ikkontrolla l-ambjent ta’ madwarek – ħalli ħafna għażliet sustanzjużi fil-kċina u għażel ristoranti li taf li jsajjru ikel mingħajr ħafna xaħam.
  7. Naqqas il-porzjonijiet tal-ikel – jekk tiddeċiedi li tnaqqas il-porzjoni tal-ikel b’10% jew 20% se tonqos fil-piż. Ħafna mill-porzjonijiet ġeneralment ikunu akbar minn kemm verament għandek bżonn.
  8. Imxi aktar – ibda uża apps fuq il-mowbajl li jgħoddu kemm tkun għamilt passi matul il-ġurnata u pprova dejjem żid aktar passi sakemm tilħaq l-10,000 pass kuljum.
  9. Kul xi tip ta’ proteina ma’ kull ikla – meta żżid sors ta’ proteina li ma jħaxxinx ma kull ikla jżommok mimli għal aktar ħin u jkun aktar faċli li ma tiekolx ħafna aktar milli suppost.
  10. Uża aktar prodotti light – meta tista ixtri prodotti light u low-fat speċjalment fejn jidħlu prodotti bħal salad dressing, mayonnaise, prodotti tal-ħalib u affarijiet oħra simili.