Kif tista’ tkun plejer full time u tistudja fl-istess ħin?

Il-Malta Football Players Association (MFPA), b’kollaborazzjoni mal-ITS u l-MCAST nediet l-MFPA Life After Football Scholarship.
Din il-borża ta’ studju se tippermetti lil benefiċjarji jattendu korsijiet fl-MCAST u l-ITS bi skeda flessibli, filwaqt li jitħarrġu mal-klabbs rispettivi tagħhom fuq bażi full time.
L-Assoċjazzjoni tal-plejers f’Malta se tkun qed tgħin lil dawn l-atleti b’mod finanzjarju billi tkopri spejjeż ta’ eżamijiet u korsijiet, kif ukoll billi tagħtihom allowance annwali.
L-applikazzjonijiet fetħu diġà u se jibqgħu miftuħa matul Ġunju kollu. Għal aktar dettalji u kriterji ta’ eleġibbiltà kif ukoll għall-aplikazzjoni, tista’ tidħol fuq il-paġna ta’ Facebook tal-MFPA.