Kif tista’ tipproteġi lit-tfal f’każ ta’ heatwave?

Is-sajf wasal u s-sħana qed tgħanni ġmiela għalhekk wieħed għandu jassigura li jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex kemm hu u kemm uliedu jkunu protetti mis-sħana tax-xemx.

  1. Ixorbu ħafna ilma

Tliet kwarti tal-ġisem huwa ilma u għalhekk għandek tixrob ta’ spiss. Jekk ma tixrobx biżżejjed ilma hemm aktar ċans li taqbdek uġieħ ta’ ras jew aktar ngħas. It-tfal  jittolleraw ħafna inqas is-sħana mill-adulti u għandhom persentaġġ akbar ta’ ilma f’ġisimhom.

  1. Uża sunblock

Jekk se tkun espost għax-xemx għal tul ta’ żmien importanti li tuża s-sunblock ta’ spiss. Fejn jidħlu t-tfal dejjem mur għal-sunblocks ta’ SPF 50+.

  1. Assigura li l-pram għandu tinda

Importanti li jekk se toħroġ lit-tarbija tiegħek fi pram, ikollu tinda żgħira li tinfetaħ u tgħatti lit-tarbija sabiex ix-xemx ma taqax direttament fuqha.

  1. Ixgħel l-air condition fil-karozza

Jekk il-karozza tiegħek għandha l-air condition, importanti li tixgħelu speċjalment meta t-tfal ikunu fil-karozza. Tagħmel tajjeb li kull sena tieħu l-karozza għand mekkanik sabiex jiċċekjawlek l-effiċjenza tal-air conditioner, hekk kif din tonqos kull sena.