Kif tista’ tevita li timrad minn fuq ajruplan?

Financial Times

Read in English.

L-ivvjaġġar iżid it-tixrid tal-mard, u qed joħloq dubji f’bosta persuni dwar jekk għandhomx isiefru, issa li l-coronavirus beda jinxtered sew madwar id-dinja.

It-tixrid tal-mard fuq l-ajruplani ma japplikax biss għall-coronavirus, imma wieħed jista’ jittieħed jekk ipoġġi ħdejn xi ħadd bl-influwenza jew bid-deni wkoll. Passiġġiera jistgħu jinqabdu bilqiegħda ħdejn nies ma jifilħux għal titjira sħiħa, li taf iddum sigħat sħaħ.

Allura x’tista’ tagħmel biex tevita li timrad meta ssiefer?

  1. Qabel tmur l-ajruport, ara li ħadt it-tilqimiet kollha meħtieġa biex issiefer – anke tilqima kontra l-influwenza
  2. Aħsel idejk bl-ilma u bis-sapun
  3. Evita li tmiss wiċċek u għajnejk
  4. Uża l-hand sanitizer
  5. Uża wipes diżinfettanti biex timsaħ fejn tpoġġi, il-pumijiet tal-bibien, il-mejda fuq l-ajruplan, eċċ.
  6. Evita n-nies għalkollox billi tagħżel seats maqtugħin min-nies
  7. Evita li tuża t-toilet tal-ajruplan
  8. Ilbes maskra, idealment tat-tip N95
  9. Ixrob ilma meta tkun fl-ajruplan, mhux alkoħol jew kafè, għax iżjed jipproteġik kontra l-mikrobi
  10. Tiddejjaqx torqod fuq l-ajruplan għax il-ġisem jibqa’ jiġġieled il-mard anke meta waqt l-irqad