Kif tista’ tevita l-influwenza meta ta’ madwarek jimirdu?

Jekk is-sieħeb jew sieħba tiegħek jimirdu bl-influwenza, hemm modi differenti ta’ kif tista’ tevita milli timrad inti wkoll.
Minkejja li hija diffiċli li tikkontrolla l-mikrobi, speċjalment meta tkun qed tgħix fi spazju magħluq, hemm modi sempliċi kif tista’ tibqa ddur bil-persuna li għandha l-influwenza filwaqt li tassigura li ma timradx inti.
Kif tista’ tagħmel dan?

  1. Ħu t-titqiba tal-influwenza.
  2. Żomm mas-sitt piedi ‘l bogħod minnhom fl-ewwel jumejn jew tlett ijiem.
  3. Ikkunsidra li tilbes maskra u forsi par ingwanti sabiex tevita li tibla jew tmiss xi mikrobi tal-influwenza.
  4. Iddisinfetta l-uċuħ tal-għamara tad-dar kemm jista’ jkun ta’ spiss. Li timsaħ l-uċuħ bis-sapun mhux biżżejjed.
  5. Evita li tmiss għajnejk, imnieħrek jew ħalqek jekk ma tkunx ħsilt idejk sew.
  6. Tużax l-istess xugamani li qed tuża l-persuna li għandha l-influwenza.
  7. Illimita l-affarijiet li jistgħu jużaw billi ttihom pllatt u tazzi għalihom, kif ukoll spazju fejn joqgħodu ħalli l-virus ma jkomplix jinfirex.
  8. Ibqa’ għaddej bir-rutina tiegħek ħalli żżomm is-sistema immuni tiegħek għaddejja b’rittmu normali.
  9. Evita li tkun stressjat jew irrabjat hekk kif dawn is-sintomi jaf jaħdmu kontra s-sistema immuni u jagħmluha iktar faċli għalik li timrad.