Kif tinħadem replika ta’ gallarija ta’ Malta?

Fil-ħames programm tal-programm Malti Pur li jixxandar fuq TVM illejla fis-6.30pm se naraw kif tinħadem replika ta’ gallarija ta’ Malta, kif issir iż-żummara, kif ukoll kif issir il-kawlata tal-erwieħ għal żmien il-festa tal-mejtin fl-aħħar ta’ Ottubru.