Kif timmaġina li se tkun id-dinja diġitali fl-2025?

Il-Kummissjoni Ewropea nediet kompetizzjoni tal-films għaż-żgħażagħ.
Din il-kompetizzjoni bl-isem Digital Tomorrow qed issir bl-għan li ż-żgħażagħ jesperimentaw fid-dinja tal-films biex jilħqu potenzjal ġdid fejn tidħol it-teknoloġija.
Il-kompetizzjoni hi miftuħa għal dawk li għandhom bejn is-16 u 25 sena li jgħixu f’pajjiż Ewropew.
Digital Tomorrow titlob lill-parteċipanti biex joħolqu filmat b’viżjoni diġitali għas-sena 2025.
Fost l-oħrajn il-filmati jistgħu jiffukaw fuq smart cities u demokrazija diġitali.