Kif tilbes Meghan Markle?

Kull nifs li tieħu Meghan Markle sar jattira l-attenzjoni, hekk kif minn attriċi fl-Amerka saret Prinċipessa tal-Ingilterra. Ħabba f’hekk, l-ilbiesi li tilbes ħolqu ammont ta’ kontroversja, hekk kif jidher li qed tipprova tiddevja ftit mill-ilbies normali ta’ persuni rjali, u forsi anka timmodernizza ftit.

Dawn huma ftit mill-iktar mumenti kontroversjali rigward kif tilbes.

  1. Il-libsa tat-tieġ tagħha.

Ħafna qalu li eleganti fis-sempliċità tagħha, waqt li oħrajn qalu li tant kemm kienet sempliċi li traqqdek. Però, waħda mid-disinjaturi ta’ Markle, Emilia Wickstead, kienet qalet lid-Daily  Mail li ħasbet li l-libsa hija wisq kbira. Hi kkumentat li jekk il-libsa se tkun sempliċi, importanti li toqgħod sew fuq l-għarusa.

Iċ-ċelebrità Katy Perry, kantanta famuża, wkoll tat kumment lill-Entertainment Tonight tgħid li kien jonqosha tmur terġa tippruvahha minn tal-inqas darb’oħra biex jerġgħu jaraw li tiġiha sew.

  1. Għall-ewwel tieġ li attendiet Markle bħala prinċipessa libset libsa li tiswa €4700 tad-disinjatur Oscar de la Renta.
Ritratt: Twitter

Waqt li wħud bdew jgħidu li l-libsa tidher eżatt kif għandha tidher, u ikkumentaw fuq kemm hi sabiħa, oħrajn qalu li l-libsa wisq kbira, u kien hemm min saħansitra qal li l-libsa mhix pulita biżżejjed biex persuna rjali tilbisha għal tieġ.

https://twitter.com/jonespatjones1/status/1008401197747851264?ref_src=twsrc%5Etfw%7Ctwcamp%5Etweetembed%7Ctwterm%5E1008401197747851264&ref_url=https%3A%2F%2Fwww.thisisinsider.com%2Fmeghan-markle-floral-flowing-dress-2018-6

  1. Markle ħasdet lill-poplu f’Lulju li għadda meta libset suit bil-qalziet flok libsa bħal ma jilbsu n-nisa rjali għal kollox.
Ritratt: Twitter

Is-suit, tad-ditta Givenchy, kienet sewda. Hi qabblet żarbun u basket iswed, flimkien ma’ flokk abjad, għal stil klassiku li ma jispiċċa qatt.