Kif tikkwalifika t-temp f’Settembru?

Min jgħid li f’Settembru kellna ħafna iktar sħana mis-soltu, min igorr bl-umdità.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bħal kull xahar ħareġ l-analiżi tiegħu dwar dan ix-xahar.
Fosthom spikkaw dawn:

  • L-ewwel jum gawda minn 11.4 sigħat ta’ xemx.
  • Fit-8 ta’ Settembru kienet l-aktar ġurnata griża tax-xahar u b’riħ qawwi. Dakinhar ix-xemx ħarġet għal ftit inqas minn tliet sigħat.  Niżel ukoll ammont sostanzjali ta’ xita b’rata ta’ 36.1 millimetru fis-siegħa u li finalment laħħaq total ta’ 20.4 millimetru.
  • L-ikbar ammont ta’ xita niżel fl-24 tax-xahar, meta ġew imkejla 20.6 millimetru ta’ xita.
  • Imkejjel total ta’ 43.8 mm ta’ xita
  • Kemm fit-8 u kemm fl-24 tax-xahar, ix-xita kienet akkumpanjata mir-ragħad.
  • 279.7 sigħat ta’ xemx idawlu x-xahar ta’ Settembru
  • L-ogħla temperatura tax-xahar tilħaq il-31.7°C
  • Is-sajf li għadda kien aktar sħun minn dak ta’ qablu, b’temperatura medja tal-arja tkun 1.3°C ogħla.